Raġel jintlaqat minn trakk u jitlef ħajtu

Ir-raġel kien qiegħed jgħin lix-xufier jimmanuvra l-istess trakk li ntlaqat minnu

Skont stqarrija tal-Pulizija, illum għall-ħabta tas-siegħa ta' wara nofinshar, il-Pulizija ġiet infurmata li ħaddiem ta' 71 sena residenti l-Imġarr kien sofra ġrieħi f'inċident fi Triq Wied il-Qoton, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel kien qiegħed jassisti ħaddiem ieħor jimmanuvra trakk meta intlaqat mill-istess vettura. Fuq il-post issejjħet ambulanza u tim mediku li bdew jassistu lill-vittma iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet. Minn naħa l-oħra, ix-xufier tat-trakk, raġel ta' 35 sena mill-Mosta ma ġarrabx ġrieħi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka