Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 38 sena, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.