Żagħżugħ ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali, Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu.
Jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f’ħajt u ma’ xi tabelli tat-triq.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-inċident ikkawża traffiku kbir dalgħodu hekk kif għal xi ħin it-triq kellha tibqa' magħluqa għat-traffiku.