Żagħżugħ ta' 28 sena tilef ħajtu wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni lejn il-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm.
L-inċident seħħ meta seħħet ħabta bejn żewġ muturi, it-tnejn tat-tip Suzuki GSXR600.
Mutur minnhom kien qed jinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħal Luqa, filwaqt li l-mutur l-ieħor kien qed jinstaq minn raġel ta' 28 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Mal-impatt iż-żewġ sewwieqa spiċċaw waqgħu minn fuqhom, b'mutur minnhom baqa' jitkaxkar għal diversi metri.
Fuq il-post issejaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu lill-irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iż-żagħżugħ residenti Ħal Luqa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara, filwaqt li r-raġel l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.