Il-mitħna tax-Xarolla ġarrbet ħsarat estensivi fejn il-qlugħ ġew meqruda għal kollox mill-irjieħ ta’ dalgħodu.
Il-mitħna li għandha 'l fuq minn 300 sena u li tinsab fil-limiti taż-Żurrieq fil-preżent iservi bħala attrazzjoni agri-turistika u tintuża wkoll bħala studio tal-arti.
Il-mitħna tar-riħ fiż-Żurrieq hija waħda minn erbgħa li kienu jaħdmu f’dan ir-raħal żgħir fil-kosta tal-Lbiċ ta’ Malta. Inbniet għall-ewwel darba fl-1724 matul ir-renju tal-Granmastru Antonio Manoel de Vilhena, li kkummissjona ħames imtieħen madwar il-gżira. Sa issa hija kienet waħda mill-imtieħen l-aktar ippreservati f’Malta.
Għaldaqstant il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li t-tnejn se jikkontestaw il-ħames distrett dak taż-Żurrieq, wegħdu li kemm Partit Laburista fil-Gvern u anke Partit Nazzjonalista fil-Gvern, se jkunu qed joffru għajnuna lill-Kunsill Lokali biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.