Joseph Ellul ta' 38 sena tilef ħajtu waqt inċident ġewwa l-impjant tal-inċineratur, fil-Marsa.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00am u ġiet infurmata li raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem fl-impjant.
Minnufih tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien imsejjaħ sabiex jassisti, iżda sfortunatament r-raġel, residenti Marsaxlokk kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-inċident.