Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li Tork ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema waqa’ madwar 3 sulari ġo xaft waqt li kien qed jaħdem.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.