Anzjan tilef ħajtu dalgħodu wara li waqa' madwar sular għal ġo għalqa f'Ta' Kerċem.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Għar Ilma.
Malli l-Pulizija waslet fuq il-post ġiet infurmata li anzjan ta' 74 sena, residenti r-Rabat, waqa’ għoli ta’ kważi sular għal ġo għalqa minn trejqa biswit l-istess għalqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.