Tliet irġiel iweġġgħu f'Paceville f'argumenti separati; Żagħżugħ instab mill-Pulizija mal-art
Iż-żagħżugħ li nstab mal-art jinsab fil-periklu tal-mewt
More in Kronaka
Iż-żagħżugħ li nstab mal-art jinsab fil-periklu tal-mewt
Ilbieraħ, għal ħabta ta’ nofsilejl, il-Pulizija ntalbet għall-għajnuna fi Triq Santu Wistin f’San Ġiljan għax kien hemm argument bejn tlett irġiel.
Malli waslet fuq il-post, wieħed minnhom laħaq ħarab iżda tnejn oħra, Franċiżi ta’ 61 u 58 sena, kienu għadhom hemm u kellhom bżonn l-għajnuna.
Huma ddaħħlu Mater Dei. Ir- raġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
Il-Pulizija stabbiliet fejn kien mar ir-raġel l-ieħor involut u fi ftit ħin ġie arrestat. Ir-raġel, li huwa Pollakk u għandu 36 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up tal- Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li nstab mal-art mil-Pulizija
F'każ separat, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, waqt li l-Pulizija kienet fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan, inotat raġel mal-art b’xi ġrieħi.
Għalhekk, fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ, li għandu 26 sena u residenti l-Marsa, l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċeritifikat bi ġrieħi serji.
Mill-investigazzjonijiet li saru irriżulta li l-vittma kien involut f’argument waqt li kien ġo stabbiliment fl-istess triq.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.