Żewġ uffiċjali tal-Pulizija llum tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil involontarju ta’ raġel waqt li kien arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.
Iż-żewġ uffiċjali li għandhom 28 u 35 sena, tressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużati bil-qtil involontarju ta’ Richard Tong.
Tong tilef ħajtu fiċ-ċella wara attakk ta’ puplesija fil-lejl tal-24 ta’ Ġunju 2020. Huwa kien ġie arrestat wara li kien twaqqaf mill-Pulizija minħabba li kiser ir-regoli tat-traffiku u fil-karozza kienet instabet il-kannabis.
Wieħed mill-uffiċjali kien ukoll akkużat li xehed falz taħt ġurament quddiem il-Maġistrat li mexxiet l-inkjesta.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja.
Iż-żewġ uffiċjali ġew sospiżi minn xogħolhom sakemm jintemm il-każ.
Il-każ se jkompli f’Settembru