Xemx u xita Alla jaf meta! Maltempata kbira tolqot lill-gżejjer Maltin iżda in-naħat tat-tramuntana, b'mod speċjali Mosta kienu l-aktar milqutin. Fil-fatt instemgħu ukoll xi sajjetti, dan kien il-każ ukoll ilbieraħ fejn in-naħat tal-Mosta, Naxxar u Burmarrad jidher li niżlet l-aktar ammont ta' xita.
Sa' issa jidher li n-nofsinhar tal-pajjiż fosthom Birżebbuġa, Wied il-Għajn u Marsaxlokk kienu uħud mill-inqas li ntlaqtu minn din ix-xita qalila, komuni fil-perjodu tal-Festi ta' Santa Marija, magħrufa bħala l-għerejjex ta' Santa Marija.
Intant lbieraħ kellu jiżżarma ħafna mill-armar fil-Birgu, iżda filgħaxija iċ-ċelebrazzjonijiet komplew xorta bil-purċissjoni ta' San Lawrenz.
Jidher ukoll li għada hi msemmija li tagħmel ix-xita, iżda kemm is-Sibt u l-Ħadd huwa previst li jkun xemxi.