Ilbieraħ, tard filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku f’Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħ impatt bejn Reneault Megane misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Santa Luċija u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 27 sena residenti Tal-Pieta’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.