Illum, għall-ħabta tad-8:45 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Antnin, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn Ukrena ta' 37 sena, Renault Capture misjuqa minn Ungeriża ta’ 24 sena u Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 39 sena.
Is-sewwieqa kollha huma residenti Wied il-Għajn stess. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara ta’ 39 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.