Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Għajn Dwieli
Anzjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq Għajn Dwieli.
L-anzjan għandu 87 sena u l-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Isla.
Ambulanza ħadet lill-anzjan Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta u l-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.