L-anzjana li għandha 89 sena qed issofri ġrieħi gravi
Anzjana ta' 89 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn mutur.
Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq Dun Karm, Birkirkara.
Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti r-Rabat, Għawdex.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejji