Raġel ta’ 64 sena residenti s-Sannat, Għawdex, għal xi s-sitta u nofs tal-bieraħ filgħaxija, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Qatet, ir-Rabat, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur Kymco, misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin