Raġel jolqot uffiċjal tal-LESA ġewwa Tas-Sliema

Il-pulizija ikkonfermat illi r-raġel huwa uffiċjal tal-LESA u fil-ħin tal-inċident kien qiegħed fuq il-mutur tiegħu

Ritratt meħud mis-sit ta' The Malta Independent
Ritratt meħud mis-sit ta' The Malta Independent

Raġel ta' 32 sena residenti Ħal Qormi ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza f'Tas-Sliema.

Fi stqarrija, il-pulizija ikkonfermat illi r-raġel huwa uffiċjal tal-LESA u fil-ħin tal-inċident kien qiegħed fuq il-mutur tiegħu. Il-karozza li laqtitu hija tal-għamla Hyundai i10 u kienet qed tiġi misjuqa minn Armeniż li jgħix tas-Sliema stess.

Max-xufier tal-karozza kien hemm ukoll passiġier ieħor, iżda it-tnejn ma soffrew l-ebda ġrieħi.

Tim mediku mar fuq l-post biex jassisti u fil-pront ħadu lill-Uffiċjal tal-LESA l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġgħa gravi.

More in Kronaka