Ħames persuni, fosthom tarbija ta' erba' xhur, iddaħħlu Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ waranofsinhar, fi Triq Għajn Tuffieħa, f'San Pawl il-Baħar.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ wara ħabta bejn żewġ karozzi.
F'waħda minnhom, kien hemm mara ta' 71 sena li kienet qed issuq u żagħżugħa ta' 19-il sena.
Il-vettura l-oħra kienet qed tinstaq minn Taljan ta' 45 sena u miegħu kien hemm żewġ passiġġieri nisa ta' 67 u 36 sena, anzjan ta' 69 sena u tarbija ta' erba' xhur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u permezz ta’ diversi ambulanzi ttieħdu l-Isptar Mater Dei ħames persuni.
Il-mara ta’ 71 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-mara ta’ 67 u t-tifla ta’ erba’ xhur li kienu fit-tieni karozza wkoll ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 36 sena u r-raġel sofrew ġrieħ ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.