Raġel iweġġa gravi wara li kien qed jaħdem b'mutur tal-ħaxix

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena residenti l-Ħamrun

Illum, għal xi l-10:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq Ħal Qormi, Ħal-Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena residenti l-Ħamrun, sofra ġrieħi f’saqajh waqt li kien qed jaħdem b’mutur li jaqta l-ħaxix.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

More in Kronaka