Kaxxier sofra ġrieħi ħfief waqt serqa minn ħanut f'Ħaż-Żebbuġ li seħħet ilbieraħ filgħaxija f'Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:00pm fi Vjal il-Ħelsien.
Skont il-Pulizija raġel mgħammad u armat b'sikkina, daħal fil-ħanut fil-ħin li fih kien hemm biss il-kaxxier.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq xi oġġetti.
Il-kaxxier ittieħed iċ-ċentru tas-saħħa fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.