Illum waranofsinhar, għall-ħabta tas-12:45 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq Durumblat, il-Mosta.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Kymco Agility misjuq minn Pakistani ta’ 38 sena u karozza Perodua Kelisa misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti r-Rabat.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.