Żagħżugħ ta’ 28 ena qed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar ilbieraħ filgħaxija f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00pm fi Triq San Ġorġ.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ, residenti Birżebbuġa stess intlaqat minn Toyota Ist, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.