Tliet persuni ġew arrestati b'rabta mal-omiċidju li seħħ ilbieraħ f'Paceville.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li arrestat tlitt irġiel Rumeni ta’ 31, 32 u 35 sena rispettivament, li huma suspettati bl-involviment fl-omiċidju li seħħ ilbieraħ wara nofsinhar f'San Ġiljan.
It-tliet persuni qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana għal aktar stħarriġ.
Mill-investigazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta wkoll li l-vittma huwa ta’ nazzjonalità Ingliża però residenti r-Rumanija.
Il-vittma qala' daqqiet ta' sikkina f'sidru wara argument fit-triq.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.