Raġel ta' 59 sena mill-Qrendi u raġel ieħor ta' 54 sena minn San Pawl il-Baħar ittieħdu l-Isptar Mater Dei hekk kif weġġgħu f'inċidenti tat-traffiku separati f'Santa Venera u l-Mosta.
F'inċident li seħħ ilbieraħ fi Triq Reġjonali Santa venera għall-ħabta tal-4:30.p.m., raġel ta' 59 sena kien involut f'ħabta bil-mutur li kien qed isuq tal-għamla Kymco Agility ma' Toyota Aygo misjuqa minn mara ta' 33 sena minn Marsaxlokk.
Intant ilbieraħ għall-ħabta tad-9:00p.m., seħħ inċident ieħor fi Triq il-Missjunarji Maltin, il-Mosta. Raġel ta' 54 sena li kien qed isuq mutur Honda WW125 sofra ġrieħi f'inċident ma' BMW misjuq minn mara ta' 25 sena residenti l-Belt Valletta.
Iż-żewġt irġiel ingġataw l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħdu l-Isptar permezz ta' ambulanza. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.