Jinstab katavru fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa

Awtopsja mistennija tistabilixxi l-kawża tal-mewt filwaqt li għaddejjin investigazzjonijiet sabiex tkun magħrufa l-identità tal-persuna

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru fl-inħawi ta’ Paradise Bay.

Il-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex jittella' l-katavru.

Awtopsja mistennija tistabilixxi l-kawża tal-mewt filwaqt li għaddejjin investigazzjonijiet sabiex tkun magħrufa l-identità tal-persuna.

Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka