Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’argument biswit ħanut ta’ l-ikel fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, l-Imsida.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Bulgaru ta’ 30 sena residenti l-Pieta’ sfora xi ġrieħi permezz ta’ arma iebsa waqt argument li kellu ma’ numru ta’ persuni li wara ħarbu minn fuq il-post.
Immedjatament issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.