Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti x-Xagħra, intlaqat minn trakk tal-għamla CF85 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti n-Nadur.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.