Xufier tal-mutur isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f'Ħal Lija

Xufier tal-mutur isofri minn ġrieħi gravi wara inident f'Ħal Lija

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, raġel ta’ 31 sena residenti l-Għargħur, fis-1:00 p.m ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Pantar, Ħal Lija.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Isuzu ELF, misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Qrendi u mutur Honda NSC110 misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka