Raġel ta’ 43 sena mill-Gżira, għall-ħabta tas-1p.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident waqt li kien fit-trakka ta’ Ħal Far, Birżebbuġa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.