Dalgħodu għall-ħabta tal-5:30a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident fi Triq Buqana, ir-Rabat.
Minn investigazzjonijiet preliminari jidher illi raġel ta' 49 sena, li joqgħod San Pawl il-Baħar, kien qiegħed isuq e-kick scooter u kellu impatt ma' vettura tat-tip BMW 320 misjuqa minn mara ta' 28 sena mill-Imtarfa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.