Illum għall-ħabta ta' 12p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza minħabba li kien hemm persuna li tinsab f'diffikultà fil-baħar fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.
Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post fejn sabu lill-bugħaddas fuq l-art wara li ttella' mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.
Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar kura, iżda sfortuntatament, ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Aktar tard, il-vittma ġie identifikat bħala Iżraeljan ta’ 50 sena. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.