Illum għall-ħabta tal-12:15 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq il-Labour, iż-Żejtun. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta' 39 sena li joqgħod iż-Żejtun stess, kien qiegħed isuq Mazda Demio, tilef il-kontroll u ħabat ġo arblu.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dott Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.