Ftit aktar kmieni llum tħabbret il-mewt ta Rose Vella, omm il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li ġiet assassinata lura fl-2017.
Vella kienet figura promettenti f’numru ta’ protesti li saru fl-aħħar sitt snin, partikolarment dawk organizzati mill-għaqda Repubblika li wasslu għar-riżenja tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Kull 16 tax-xahar, kienet tmexxi l-velji li jsiru għal bintha.
Kienet tkun preżenti wkoll għas-seduti tal-Qorti, fejn dawk akkużati bil-qtil ta’ bintha kienu qed jiġu mressqin bl-akkużi.
Kif ħarġet l-aħbar, numru ta' politiċi kitbu fuq il-midja soċjali sabiex jesrimu s-sogħba tagħhom.
L-avukat tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi, iddeskriva lil Vella bħala “omm qalbiena”, “mara b’sens ta’ dinjità straodinarja,” u “mara tal-azzar imma b’qalb tal-bellus.”
Roberta Metsola tgħid li se tibqa’ tgħożż il-konverżazzjonijiet li kellhom. Iżżid illi, “li kieku l-aqwa f’Malta kellha isem, ikun Rose Vella.”