L-ajruport ta’ Katanja kellu jieqaf jopera għal perjodu ta’ ħin hekk kif massa ta’ rmied vulkaniku mill-vulkan Etna ksiet iż-żona nhar it-Tnejn 14 t’Awwissu.
Huwa rrappurtat li l-irmied niżel fuq Rifugio Sapienza, waqfa popolari ħafna mat-turisti li jżuru l-akbar vulkan attiv fl-Ewropa.
Kaġun ta’ dan, l-ajruport ta’ Katanja waqaf jopera sa mill-anqas 1:00 p.m. tat-Tnejn 14 t’Awwissu. Dan għalhiex l-irmied volkaniku huwa fin immens, u jista’ jkun ta’ periklu għall-ajruplani jekk dan jinġibed għal ġol-magni.