Il-Ħamis 17 t’Awwissu, għall-ħabta ta' 5:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li l-assistenza tagħha hi mitluba fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar.
Meta marret fuq il-post, instab li kien hemm inċidenet bejn mutur tal-għamla Coopop, misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi, u Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 36 residenti Ħaż-Żabbar.
Ix-xuffier tal-mutur kellu jittieħed b’ambulanza l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.