Aktar kmieni dalgħodu, il-Ġimgħa 18 t’Awwissu, għall-ħabta tal-4:30 a.m, intalbet l-assistenza tal-Pulizija ġewwa Ta’ Qali.
Meta marru fuq il-post, instab li żewġ żgħażagħ Franċiżi ta’ 17 u 18-il sena kienu nvoluti f’ġlieda barra stabbiliment tad-divertiment, li nkludiet persuni oħra.
Huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn dak ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja, filwaqt li l-kundizzjoni tal-ieħor għadha mhix magħrufa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Noel Bartolo LL.D fetaħ inkjesta marbuta mal-każ, u l-invetigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.