Aktar kmieni dalgħodu, il-Ġimgħa 18 t’Ottubru, għall-ħabta tat-8 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.
Irriżulta li kien hemm kolliżjoni bejn Mitsubishi RVR, misjuq minn raġel ta’ 67 sena, u mutur tal-għamla Miki Super, misjuq minn raġel ta’ 27 sena, it-tnejn residenti n-Nadur.
Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.