Wara s-serqa minn ħanut tad-deheb fiż-Żurrieq li kienet irrappurtata l-ġimgħa li għaddiet, fejn kien ferut b’mod serju raġel ta’ 67 sena, il-Pulizija arrestaw tliet persuni.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-allegati ħallelin, żewġt irġiel ta’ 37 u 26 sena, u mara ta’ 29 sena, ġew identifikati wara “investigazzjonijiet intensivi u bla waqfien. Dawn x’aktarx kienu qed jistaħbew f’post abbandunat f’Ta’ Sliema.”
Il-post kien iċċirkondat mill-Pulizija, li daħlu ġewwa u arrestaw lill-persuna, wara li dawn provaw jaħarbu minn fuq il-post. Huma qed jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Floriana għal aktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali għadhom għaddejjin.