Iweġġa' serjament wara li jaqa' żewġ sulari f'Ħal Luqa

Il-vittma ta' 23 sena waqa' minn fuq il-bejt ta' daru.

F’inċident li seħħ il-Ħamis 31 t’Awwissu, għall-ħabta ta’ 6:15 a.m fi Triq San Ġorġ, Ħal Luqa, raġel ta’ 23 mill-istess lokalità weġġa serjament. Dan wara li waqa’ żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal ġol-bitħa ta’ residenza oħra li tmiss magħha.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u segwentament ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn in-natura tal-ġrieħi li sofra ġiet ikkonfermata.

Inkjeta maġisterjali ġiet maħtura mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Kevan Azzopardi LL.D, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka