Raġel ta' 50 sena li jgħix Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani fiż-Żejtun, fis-siegħat bikrin tas-Sibt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15am, hekk kif l-ewwel stħarriġ jindika li r-raġel kien qed isuq Maruti Gypsy, meta għal xi raġuni ħabat ma' ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b'ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.