Il-Pulizija għadha għaddejja b’spezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari f’pajjiżna. Kelliem għall-korp saħaq li dan hu “messaġġ ċar favur iż-żamma tal-ordni u l-ħarsien tal-liġijiet ta’ pajjiżna, kif ukoll parti minn strateġija ta’ prevenzjoni.”
Il-Ħadd 3 ta’ Settembru il-Pulizija, assistita mis-Servizzi ta’ Detenzjoni, kompliet bil-ħidma tagħha hekk kif saru numru ta’ spezzjonijiet f’toroq u residenzi fil-Ħamrun u Santa Venera. Minn dawn instabu 23 persuna li kienu qed jgħixu f’Malta b’mod irregolari. Dawn ittieħdu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni sabiex jibda l-proċess sabiex ma jibgħux fil-pajjiż.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dawn ir-residenzi għadhom għaddejjin, u aktar spezzjonijiet għadhom isiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Pulizija kkonfermat ukoll li immigranti irregolari li nstabu tul il-ġimgħat li għaddew m’għadhomx fil-pajjiż.