It-Tnejn 4 ta’ Settembru, għall-ħabta tal-10:15 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa minn ħanut fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier, raġel ta’ 21 sena mill-Furjana, jagħtih il-flus. Hu ħarab bihom minn fuq il-post.
Filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bi tfittxija għall-ħalliel, huwa rrappurtat li ħadd ma weġġa’
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Żammit LL.D ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.