Il-Ħamis 14 ta' Settembru, għall-ħabta ta' 12:20 p.m, il-Pulizija kienet infurmata b'nirien li ħakmu residenza privata ġewwa Triq Pawlu Magri, f'Hal Luqa.
Fuq il-post hemm numru ta' uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll numru ta' uffiċċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Għadu mhux ċar jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew x'kien il-kaġun tan-nirien, hekk kif l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.