Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ stqarrija fejn ħabba li mhux rakkomandat għawn fil-bajja ta’ San Ġorġ f'San Ġiljan.
Dan minħabba l-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobioloġika E. coli li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat.
L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit, li se jitneħħew meta l-kwalità tiġi restawrata.