It-Tnejn 18 ta’ Settembru, għall-ħabta tal-11:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħħ f’Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
Irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Volkswagen Golf, misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun, u karozza oħra tal-għamla Peugeot, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann.
Fl-ewwel karozza, kien hemm ukoll raġel ta’ 22 sena residenti ir-Rabat, mara ta’ 20 sena residenti l-Belt Valletta, kif ukoll tarbija ta’ disa’ xhur.
Ix-xufier ta’ 43 sena u t-tarbija itteħdu l-isptar, fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.