Is-Sibt 23 ta' Settembru, għall-ħabta ta' 6:30 a.m, il-Pulizija kienet infurmata b'inċident tat-traffiku f'Triq Ħaġar Qim, il-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Passo misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti l-Qrendi, u mutur Peugeot Tweet misjuq minn Franċiż ta' 29 sena residenti r-Rabat.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.