Ir-raġel ta’ 34 sena li ġie arrestat bħala l-agressur tal-omiċidju doppju li seħħ il-Ħadd fil-Marsa se jitressaq quddiem il-Qorti nhar it-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija.
Brandon Pisani, l-ispokesperson tal-Pulizija qal li l-vittmi nstabu maqtula ġewwa razzett fil-Marsa.
Il-vittmi huma mara u raġel ta' 56 u 73 sena rispettivament. Il-vittmi ġew identifikati bħala Joe Bartolo mill-Gudja magħruf bħala il-Babbakku u s-sieħba tiegħu Carmen.
L-allegat qattiel huwa mifhmum li kien jgħix fi stalla tal-vittmi.
L-allegat se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien.