Medja ta’ 371 każ ta’ divorzju u 129 każ ta’ seperazzjoni seħħew f’Malta u Għawdex bejn l-2011 sal-2023.
Dan ġie żvelat waqt seduta parlamentari fejn fiha l-MP Bernice Bonello staqsiet lill-Ministru responsabbli Jonathan Attard, kemm fuq l-ammont ta’ divorzji sena b’sena, kif ukoll dwar l-ammont ta’ separazzjonijiet li ġew reġistrati.
L-iktar sena fejn fiha kien hemm divorzji f’Malta kienet l-2022, b’total ta’ 524 każ, filwaqt li f’Għawdex, l-ogħla numru reġistrat ta’ divorzji kien 22 fl-2015. Rigward separazzjonijiet, l-2011 irreġistrat l-ogħla ammont f’Malta (134), filwaqt li f’Għawdex l-ogħla sena fejn fiha kien hemm separazzjonijiet kienet l-2015, b’total ta’ 60 seperazzjoni.
Mill-banda l-oħra, l-inqas sena li rreġistrat divorzji kienet l-2011 b’total ta’ 39 f’Malta u 0 f’Għawdex. F’Malta, l-2013 irreġistrat l-inqas ammont ta’ separazzjonijiet, b’total ta’ 91, filwaqt li f’Għawdex, kemm fl-2011 u l-2018 ġew irreġistrati biss żewġ każijiet ta’ separazzjoni.