Paga minima: Il-Polonja taqbeż lil Malta minkejja ż-żieda ta’ 11%
Malta rreġistrat is-sitt l-ogħla żieda fil-paga minima fost 22 stat tal-UE
More in Kronaka
Malta rreġistrat is-sitt l-ogħla żieda fil-paga minima fost 22 stat tal-UE
Stħarriġ mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) żvela li Malta rreġistrat is-sitt l-ogħla żieda fil-paga minima fost l-istati membri b’paga minima statutorja.
Wara r-reviżjoni tal-Baġit li żiedet il-paga minima ’l fuq miż-żieda normali tal-COLA, il-paga minima fix-xahar ta’ Malta żdiedet b’10.8%, minn €835 f’Jannar 2023 għal €925 f’Jannar 2024.
Fl-istudju, il-paga minima Maltija (definita bi frekwenza ta’ kull ġimgħa) ġiet konvertita għal rata ta’ kull xahar ta’ 4.33 kull ġimgħa f’kull xahar kalendarju. Fl-istess medda ta’ żmien, l-inflazzjoni f’Malta żdiedet bi 3.7%, li kienet it-12-il l-ogħla fost dawn it-22 stat membru.
Barra minn hekk, Malta issa nqabżet mill-Polonja, fejn il-ħaddiema bbenefikaw mill-akbar żieda fil-paga minima fl-Ewropa minn €746 fl-2023 għal €978, żieda notevoli ta’ 21.5%, iż-żieda rriflettiet rata ta’ inflazzjoni relattivament għolja ta’ 6.2%.
Il-paga minima fil-Polonja żdiedet b'196% notevoli mil-livelli tal-2010 meta l-paga minima tagħha kienet stabbilità għal €330.
Pajjiż ieħor tal-Lvant tal-Ewropa li qabeż lil Malta fl-aħħar għaxar snin kienet is-Slovenja, li l-paga minima tagħha żdiedet b’109% minn €647 fl-2010 għal €1,358.
B’kuntrast, il-paga minima f’Malta żdiedet bi 43% biss bejn l-2010 u l-2022, minn €647 għal €925, u qabżet biss lil-Litwanja.
Il-paga minima ta’ Malta tibqa’ ferm inqas minn dik fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa fejn il-paga minima tvarja minn €1,260 fi Spanja għal aktar minn €2,000 fix-xahar fil-Lussemburgu (€2,571), l-Olanda (€2,183), l-Irlanda (€2,146) u l-Ġermanja. (€2,049).
L-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Italja u l-Isvezja m'għandhomx paga minima statutorja.