Żewġ ġuvintur nqabbdu bejn sema’ u ilma iktar kmieni illum, hekk kif ir-riħ għamilha diffiċli għalihom biex jirritornaw minn vjaġġ bil-kayak.
Stqarrija mill-Forzi Armati ta’ Malta spjegat kif żewġ minorenni sabu ruħhom f’diffikultà u kellhom bżonn l-assistenza, wara li ċ-ċattra li kienu fuqha inqatgħet mill-bajja minħabba r-riħ qawwi fl-inħawi.
Il-Malta Rescue Coordination Centre immedjatament bagħat bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta u salva lill-minur..
"Iż-żewġ minorenni ngħataw lill-istaff mediku għal aktar attenzjoni," l-istqarrija kompliet tgħid.
Il-pulizija qau lill-ILLUM illi huma rċevew telefonata madwar s-1:30pm u sakemm l-Firzi Armati assistew liż-żgħażagħ, huma kienu diġà sabu l-għajnuna minn dagħjsa fil-viċin.
Is-subien, it-tnejn ta 17-il sena, telqu bil-kayak minn Buġibba, u ddaħlu lura minn post viċin San Pawl il-Baħar.
Il-Forzi Armati ta’ Malta ħeġġu lill-pubbliku ġenerali biex jiżgura s-sigurtà tiegħu u jsegwi kwalunkwe twissijiet tat-temp maħruġa.